Beltija Tiċċelebra 101 Sena… Għadha Taqra L-Gazzetti Sal-Lum
Illum Mary Carmela Schembri qed tiċċelebra l-101 sena minn twelidha. Twieldet fil-5 ta’ Novembru tal-1919 jiġifieri fis-sena meta ġraw l-episodji tas-Sette Gugnio.
Is-sotto kumitat għall-anjzani fi ħdan il-kunsill lokali tal-belt Valletta mmexxi mill-Viċi Sindku Ray Azzopardi żarha fejn ippreżentalha tifkira tal-okkażjoni kif ukoll bukkett fjuri.
Schembri għexet fil-Belt Valletta sakemm madwar sena ilu, marret tgħix fid-dar tal-anzjani Casal Nuovo. Iżżewġet lil Joseph Schembri u kellhom tliet ulied: John, Eric u Maria.
Qabel iżżewget kienet taħdem mas-servizzi Ingliżi, u wara ddedikat ħajjitha għall-familja. Sal-ġurnata tal-llum għadha taqra l-gazzetti ta’ kuljum.
Awguri mingħandna!