Robert Micallef Jirbaħ L-Ewwel Premju Tal-Fondazzjoni Ewropea Għall-Istudji Progressivi
Robert Micallef rebaħ l-ewwel premju tal-Akkademja Annwali tal-Ħarifa organizzata mill-Fondazzjoni Ewropea għall-Istudji Progressivi – FEPS.
Fl-akkademja hadu sehem 200 rappreżentant ta’ partiti politiċi, think tanks u fondazzjonijiet politiċi minn madwar l-Ewropa. Il-parteċipanti kienu eżaminati dwar l-għarfien tagħhom fuq l-istorja politika tal-Ewropa u Robert Micallef kiseb l-ewwel post b’Punteġġ ta’ 100%.
Robert Micallef ġie nnominat biex jipparteċipa fl-Akkademja tal-FEPS mill Partit Laburista.
Robert Micallef għallem il-politika Ewropea għal numru ta’ snin fid-Dipartiment tal-Public Policy fl-Università ta’ Malta. Għandu wkoll esperjenza estensiva fi Brussell fejn kien assenjat fir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea u serva bħala negozjatur għall-Presidenza ta’ malta tal-Kunsill Tal-UE. Ħadem ukoll bħala konsulent fil-Parlament Ewropew u bħala ekonomista mal-Kummissjoni Ewropea. Micallef kien ukoll editur ta’ Malta għall-istħarriġ tal-Ewrobarometru għal diversi snin u bħalissa huwa ko-President tal-grupp ta’ Ħidma dwar il-futur tal-Ewropa.
Awguri lilek Robert!