Bħal-Lum Xahar Lejliet Il-Milied… Bdejtu Tixtruhom Ir-Rigali?

 Bħal-Lum Xahar Lejliet Il-Milied… Bdejtu Tixtruhom Ir-Rigali?

24 ta’ Novembru… Bħal-lum xahar il-Milied. Hemm min iħobbu u hemm min ikollu għafsa ta’ qalb għaliex jiftakar fl-għeżież li ħallewh.

Imma żgur li huwa żmien mistenni minn kulħadd għaliex ifisser ukoll waqfa mir-rutina tal-ħajja mgħaġġla li sirna ngħixu. Din is-sena jerġa’ se tkun iktar differenti minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Iżda l-Maltin kif qed jippreparaw għall-Milied? Biżżejjed iddur mat-toroq billejl u tara l-gallariji armati u t-twieqi mixgħulin. L-irħula u l-ibliet f’Malta u Għawdex ukoll qed jiżżejnu mhux ħażin.

Donnu din il-festa ta’ meta twieled Ġesù Bambin hija mnaqqxa sew f’qalbna. Ejja nagħmlu kuraġġ u ngħixuh bl-aħjar mod possibbli. Inkunu aktar ġentili ma’ xulxin u bi kliemna. Nagħmlu azzjonijiet sbieħ lil xulxin u naħfru. J’Alla dan il-Milied li ġej ikun bidu ġdid għalina lkoll.

J’Alla jkollna sena aħjar minn din li qed tnin kuljum. U bilħaqq, xtrajtuhom ir-rigali?

Ritratt: Soċjetà Mużikali Peace AD 1862, Naxxar

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com