Iddiżgustati B’Atti Vandali Fil-Mellieħa…

 Iddiżgustati B’Atti Vandali Fil-Mellieħa…
Fil-Mellieħa dalgħodu r-residenti qamu għal atti vandali l’hinn u l’hawn fejn jidher li xi ħadd sprenja bosta mkejjen bħal tabelli, bus stops u anke kaxxa tat-telefon ta’żmien l-Ingliżi.
Is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella rreaġixxa għal dan fejn wera d-dispjaċir tiegħu fuq facebook li dan l-aġir huwa nuqqas ta’ apprezzament lejn il-komunità. Stqarr li l-pulizija tal-komunità qed taħdem fuq dan il-każ biex dawn il-persuni jinqabdu.

Min-naħa l-oħra, il-membru parlamentari Robert Cutajar ikkundanna dawn l-atti vandali bla riservi. Stqarr li fil-Mellieħa, hemm bżonn urġenti li l-għassa tal-lokal terġa’ tinfetaħ.

Jekk għandkom xi informazzjoni dwar dan il-każ, intom ġentilment miltuba tgħadduhom lill-pulizija b’mod kunfidenzjali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com