Bil-Filmat: Ara Xi Ġralha T-Tifla Ta’ Bernard Grech Wara Operazzjoni

 Bil-Filmat: Ara Xi Ġralha T-Tifla Ta’ Bernard Grech Wara Operazzjoni

Ilbieraħ fil-programm L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa, kien mistieden il-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech. Fost mumenti mill-ħajja personali tal-familja kollha, kien hemm mument fejn kien hemm intervent telefoniku mal-President Emeritus l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca.

Dr. Bernard Grech ħa l-okkażjoni jirringrazzjaha tax-xogħol siewi li dejjem wettqet u anke talli sservi ta’ mudell għal ħafna nies.

Il-preżentatur Mark Laurence Zammit semma’ episodju meta darba ulied Grech: Neil u Maria weġġgħu l-irkoppa tal-istess sieq, fl-istess żmien; Neil bil-futbol u Maria bil-ballet. Għamlu l-operazzjoni fl-istess żmien. Jidher li l-loppju ħadem bil-kontra fuqhom; Neil li huwa persuni estrovert iżjed minn oħtu, ħassu stordut u għamel ġurnata fis-sodda u jibki bl-uġigħ u Maria ġralha bil-kontra, fejn is-soltu tkun kwieta u riservata, bdiet tparla bla waqfien.

Mill-operazzjoni, Maria ħarġet timmaġina lilha nnifisha l-President Marie Louise Coleiro Preca. Imma lill-President ma qaltilhiex dan, sakemm saret it-telefonata on air.

Araw x’qalet l-Eċċellenza Tagħha…

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com