Marsi Arrestat B’Rabta Ma’ Erba’ Serqiet Mill-Ajruport

 Marsi Arrestat B’Rabta Ma’ Erba’ Serqiet Mill-Ajruport

Marsi ta’ 46 sena mistenni jitressaq il-qorti fis-sigħat li ġejjin u jiġi mixli b’erba’ serqiet minn ħwienet u pompa tal-petrol fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Huwa ġie identifikat bħala l-allegat ħalliel wara li t-Tlieta li għadda għall-ħabta tal-10.30 p.m. il-Pulizija ġiet infurmata b’serqa ta’ madwar €6,000 f’ġojjellerija minn ħanut fl-ajruport. Permezz ta’ filmati ta’ CCTV, l-investigaturi kkonkludew li l-allegat ħalliel uża mutur biex jitlaq minn fuq il-post.

Minn iżjed investigazzjonijiet li saru mill-pulizija tal-immigrazzjoni fl-ajruport u l-pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri, irriżulta li l-istess persuna allegatament wettqet tliet serqiet oħra bejn it-30 ta’ Ottubru u l-5 ta’ Novembru minn ħanut ieħor u mill-pompa tal-petrol tal-ajruport.

Huwa ġie arrestat aktar kmieni llejla fi tfittxija li saret għalih mir-residenza tiegħu. Hemmhekk il-pulizija sabu oġġetti b’rabta mas-serq u l-mutur.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com