Bil-Filmat: Belgħa Kafè U Kisra Ħobż
![Bil-Filmat: Belgħa Kafè U Kisra Ħobż](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2020/11/diska-800x560.jpeg)
Is-Surmast tal-banda Kristu Re ta’ Raħal Ġdid nieda kanzunetta ġdida bl-isem ta’ Belgħa Kafè u Kisra Ħobż.
Il-kanzunetta tittratta l-ħajja mgħaġġla li ninsabu fiha llum, fejn ftit li xejn għadna nsibu ħin sabiex nieħdu belgħa kafè u kisra ħobż għall-kwiet u nisimgħu l-istejjer ta’ Kilin.
Bħalissa qiegħdin jaħdmu fuq diska oħra bl-isem ta’ Ħolm tal-Milied.
Il-kanzunetta għandha produzzjoni ta’ Dave Recording Studio.