Arrestat B’Rabta Ma’ Bejgħ Ta’ Dokumenti Foloz

 Arrestat B’Rabta Ma’ Bejgħ Ta’ Dokumenti Foloz

Il-pulizija mit-taqsima tal-Immigrazzjoni arrestat Palestinjan ta’ 39 sena li joqgħod TasSliema b’rabta ma’ bejgħ ta’ dokumenti foloz.

Huwa ġie arrestat wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet u osservazzjoni fuqu dwar bejgħ ta’ passaporti u permessi ta’ residenzi foloz biex nies jidħlu jew joħroġu minn Malta.

Huwa ġie arrestat waqt li kien f’Tas-Sliema. Minn tfittxija li saret fuqu nstabu ammont ta’ flus kontanti.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-qorti fis-sigħat li ġejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com