Bil-Filmat: Dr Abela Dwar Il-Pandemija U L-Edukazzjoni

 Bil-Filmat: Dr Abela Dwar Il-Pandemija U L-Edukazzjoni

Il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-iskejjel waqt il-pandemija tal-Covid-19.

Stqarr li għalih ma kinitx deċiżjoni faċli u beża’ minnha. Permezz tal-pariri siewja tal-Onorevoli Chris Fearne u Charmaine Gauci, ħadmu id f’id mal-Ministru tal-Edukazzjoni, dak iż-żmien l-Onorevoli Owen Bonnici, sabiex fetħu l-iskejjel. Il-Prim Ministru faħħar l-abbiltà tal-Ministru Bonnici li mexa tant tajjeb waqt li kien Ministru tal-Edukazzjoni hu.

Dr Abela stqarr li bħala ġenitur ukoll ħass li kienet importanti li t-tfal ma jitilfux sena skolastika oħra. Hu qal li ċert li ġenituri bħalu ħassew li t-tfal tagħhom marru lura, kemm akkademikament u kemm fl-imġieba tagħhom, minkejja li kien hemm it-tagħlim ‘online’. il-preżenza fiżika fil-klassi huwa importanti ħafna. Kompla jgħid li kieku ma’ fetħux l-iskejjel konna nissugraw ġenerazzjoni tat-tfal tagħna.

Jifhem ukoll illi hemm ġenituri li għadhom m’humiex komdi jibagħtu lit-tfal tagħhom l-iskola, u għalhekk l-għażla tħalliet f’idejn il-ġenituri. Dr Abela jżid li għadu kmieni sabiex jimponi l-ġenituri jibgħatu t-tfal l-iskola.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com