Bil-Filmat: Ħloqna Ġenerazzjoni Ta’ Influencers? Qed Nużaw Lil Uliedna Għall-Likes?

Filmat interessanti li juri footage xokkanti jsaqsi diversi mistoqsijiet dwar il-ġenerazzjonijiet preżenti u dawk futuri vis-à-vis l-midja soċjali.
Il-filmat jistaqsi jekk aħna hux qed nużaw lill-uliedna bħala props biex intellgħu l-likes fuq il-midja soċjali, filwaqt li, fost l-oħrajn, juri filmati ta’ raġel idawwar it-tarbija fil-kot ripetittivament u omm twaddab ‘l ilma fuq wiċċ binha mal-ħoss tal-mużika.
“Morna minn soċjetà li tara persuni narċissisti bħala persuni b’karattru ħażin, għal soċjetà li tgħallem lill-uliedha kif ikunu dak kollu li s-soċjetà nnifisha tobgħod”, jgħid in-narattur f’dan il-filmat.
X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar dan?