Bil-Filmat: Il-Ġuvni Malti Li Ma Jġibx Skużi
Nick Mercieca… il-ġuvni li “minflok ma jġib l-iskużi jfittex ir-raġuni għala jibqa’ sejjer il-quddiem”. Hekk iddeskriva l-Kumitat Paralimpiku Malti lil dan l-atleta żagħżugħ.
F’video li tella’ l-kumitat fuq Facebook, Mercieca jidher qed jagħmel ic-chin ups filwaqt li anki għandu s-siġġu tar-roti mqabbad miegħu.
Ġuvni ta’ ispirazzjoni li, minkejja kollox, jaħdem kemm jiflaħ biex jasal għal dak li jixtieq!