Il-Lapes Lura L-Iskola!?

 Il-Lapes Lura L-Iskola!?

Rapper Malti, Claude Agius magħruf bħala l-Lapes, irritorna lura l-Iskola Primarja A tal-Mosta, din id-darba biex iferraħ numru sabiħ ta’ studenti fil-mumenti diffiċli li qed ngħixu fih bħalissa. Minkejja d-dwejjaq tas-sitwazzjoni preżenti, il-Lapes irnexxielu jqanqal tbissima u ferraħhom bir-rap Malti.

Claude Agius, il-Lapes, u Luke Camilleri, il-Funky, li kien ex-student tal-istess skola, taw numru ta’ esebizzjonijiet waħda wara l-oħra ta’ rap bil-Malti. Kull sezzjoni kienet twila 20 minuta u kienet tinkludi numru limitat u kkontrollat ta’ studenti fil-bitha tal-iskola, sabiex jiġu mħarsa r-regolamenti relatati mal-pandemija.

Fost in-numru ta’ diski, il-‘Lapes’ u –‘Funky’ kantaw id-diska popolari li għaddiet għas-semi finali ta’ ‘Malta’s Got Talent’, ‘Demm Malti’.

Fil-jiem li ġejjin, il-Lapes u t-tim tiegħu mistennija jkomplu jferrħu iktar studenti Maltin f’aktar skejjel.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com