Bil-Filmat: Il-Kelb Li Jkanta Mad-Diska Tal-Abba. Rajtuh?!
Wisq ħelu! Innutajna dan il-kelb tar-razza German Shepered bl-isem ta’ Rex li mad-daqq tal-pjanu tal-kanzunetta I have a dream tal-Abba, jinfexx ikanta kif jaf hu.
Ma tistax ma tiggustahx, veru?!
Il-pjanista, sid il-kelb hija Kerby Farrugia li qed tistudja għal infermiera u bħalissa diġà taħdem bħala assistenta fis-surgical ward fid-dipartiment tal-emerġenza.
Bħalissa qed tistudja wkoll għad-diploma fl-istudju tal-pjanu.
Awguri Kerby, u bla dubju lil Rex… Seraqlek ix-xena hawn!