Bil-Filmat: Joe Biden Jgħaddi Minn Traġedji Serji Tul Ħajtu.

 Bil-Filmat: Joe Biden Jgħaddi Minn Traġedji Serji Tul Ħajtu.

Agon minn Project Nightfall ħejja filmat li jesponi l-umanità ta’ Joe Biden. Għall-dawn l-aħħar ġimgħat rajnih bħala l-politiku li qed jissielet biex jilħaq President tal-Istati Uniti, iżda wara l-President Joe Biden hemm storja umana xokkanti.

Fil-filmat t’hawn taħt Agon jirrakonta li l-ħajja diffiċli ta’ Biden wasslitu biex darba anki kkunsidra s-suwċidju.

Biden beda l-karriera tiegħu fil-liġi iżda malajr iddeċieda li jidħol għall-politika, tant li kien wieħed mill-izgħar senaturi fl-istorja.

Iżda, traġikament, xahar biss wara li ħa din il-kariga, Biden u familtu esperjenzaw traġedja kbira. Filwaqt li ħarġu sabiex jixtru xi rigali tal-Milied, trailer daħal fil-karozza tagħhom u qatel lil mart Biden u lil bintu tarbija.

Wara din it-traġedja, Biden kien missier single li kellu jrabbi liż-żewġ uliedu subien waħdu, li kienu t-tnejn mweġġa serjament minħabba l-aċċident.

F’dan il-mument ta’ disprament, Biden jgħid li anki kkunsidra s-suwiċidju, iżda meta rrealizza li qatt ma seta’ jħallu lil uliedu warajh huwa għażel li jibqa’ jiġġieled.

Snin wara, iben Biden miet fl-età tenera ta’ 46 wara li tilef il-battalja kontra l-kanċer fil-moħħ.

Bla dubju li Joe Biden kellu ħajja diffiċli… iżda minkejja kollox għażel li jikkumbatti l-mewġ u jibqa’ miexi ‘l quddiem.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com