Passiġġier Isofri Ġrieħi Gravi F’Inċident F’Birkirkara

 Passiġġier Isofri Ġrieħi Gravi F’Inċident F’Birkirkara

Raġel ta’ 26 sena minn Nepal, indarab gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ f’Birkirkara.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-erbgħa u nofs meta l-Pulizija ġiet infurmata b’ħabta fi Triq Fleur De Lys, Birkirkara.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li x-xufier tal-vettura Mazda Demio, raġel ta’ 24 sena minn Nepal tilef il-kontroll u ħabat fi stabbiliment tal-ġojjelerija.

Mas-sewwieq kien hemm żewġ passiġieri oħra. Wieħed minnhom sofra xi ġrieħi u ttieħed lisptar. Hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com