Borg Kontra Perry Fl-Ewwel Rawnd tal-UK Championship

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg għada jiltaqa’ kontra l-Ingliz Joe Perry fl-ewwel rawnd tal-Kampjonati Brittaniċi li beda ilbieraħ f’Milton Keynes, l-Ingilterra u jibqa’ sejjer sa nhar il-Ħadd 6 ta’ Diċembru.
Il-logħba tibda fit-3.00pm (ħin ta’ Malta) u tkun l-aħjar minn 11 il-frame. Il-ġimgħa l-oħra Borg kien megħlub fl-ewwel rawnd tan-Northern Ireland Open meta tilef kontra l-Iskoċċiż Stephen Maguire bl-iskor ta’ 4-2. It-turnament intrebaħ minn Judd Trump fejn fil-finali għeleb lil Ronnie O’Sullivan 9-7.
Ritratt: MBSA