L-MUT Mħassba Dwar Ir-Rabta Li Qed Tipprova Tintiseġ Li L-Bidla Tal-Ministeru Edukattiv Sar Ħabba Falliment

 L-MUT Mħassba Dwar Ir-Rabta Li Qed Tipprova Tintiseġ Li L-Bidla Tal-Ministeru Edukattiv Sar Ħabba Falliment

Jidher li qed tipprova tintiseġ l-idea li l-Ministeru tal-Edukazzjoni kellu bidla minħabba falliment fil-qasam. L-MUT irreaġixxiet dwar dan u saħqet li hija mħassba ferm dwar din ir-rabta li qed tiprrova tinħoloq.

“…l-MUT hi mħassba ferm dwar ir-rabta li qed tipprova tintiseġ li tali bidla hi dovuta għal falliment fil-qasam edukattiv. Il-qasam edukattiv altru milli falla, u xhieda ta’ dan hi l-ħidma sfieqa u kontinwa tal-edukaturi li kemm f’Marzu u fix-xhur ta’ wara mid-djar kif ukoll fil-perjodu tal-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel ħadmu qatigħ sabiex l-istudenti jkomplu jirċievu edukazzjoni ta’ kwalità matul il-pandemija.”, tenniet l-MUT.

Saħqet ukoll li tħoss li kemm l-edukaturi u kemm l-istudenti m’għandhomx ikunu vittma ta’ deċiżjonijiet politiċi li ma għandhom l-ebda rabta mal-edukazzjoni.

Sadanittant, l-MUT qed tawgura li l-Ministru l-ġdid tkompli tibni fuq dak li diġà nbeda sabiex l-iskejjel ikomplu jaħdmu flimkien mal-edukaturi f’kuntest li jassigura l-aqwa miżuri ta’ saħħa u sigurtà.

Ritratt: mut.org.mt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com