Chris Fearne: Il-Vaċċin Għall-COVID-19 Huwa Wieħed Sigur

 Chris Fearne: Il-Vaċċin Għall-COVID-19 Huwa Wieħed Sigur

Kif intqal fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, kumpaniji farmaċewtiċi Pfizer u BioNTech ħarġu l-aħbar tant mistennija li waslu fit-tmiem biex jiffinalizzaw il-vaċċin għall-COVID-19.

Waqt programm tat-televiżjoni ilbieraħ L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa, Chris Fearne jitkellem fuq kemm il-Vaċċin għall-COVID-19 huwa wieħed sigur daqs vaċċini oħra u li ma jirrappreżentax perikli. Dan għaliex qabel ma l-vaċċin joħroġ fis-suq,  ser jgħaddi minn serje ta’ testijiet meħtieġa sabiex il-prodott finali jkun wieħed tajjeb.

Fearne jispeċifika kif wieħed għandu jżomm f’moħħu wkoll li bħal kull vaċċin ieħor, dan irid jgħaddi minn proċessi oħra matul is-snin, li eventwalment janalizzaw l-effetti sekondarji fil-medda twila taż-żmien. Però, jkompli jgħid, li s-sistemi regolatorji għall-mediċina huma rigorużi mmens u b’hekk għandna nserrħu rasna li ma jirrappreżentaw l-ebda periklu.

Filwaqt li l-ewwel lott ta’ vaċċini mistenni jkun disponibbli fil-bidu tas-sena 2021, Chris Fearne jgħidilna li hu se jkun minn tal-ewwel biex jieħu l-vaċċin, għax daqshekk għandu fiduċjà fuq kemm il-vaċċin huwa bla periklu.

Ritratt: Clinalomics.com

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com