Tlettax-il NGO Tikkampanja Favur GU Clinic F’Għawdex

 Tlettax-il NGO Tikkampanja Favur GU Clinic F’Għawdex

Il-Komunità LGBTI+ f’Għawdex qed tikkampanja favur GU Clinic, jiġifieri klinika tas-saħħa sesswali, f’Għawdex. Din l-istqarrija qiegħda tiġi ffirmata b’mod konġunt ma’ tlettax-il NGO oħra.

L-istqarrija tgħid kif dan l-aċċess għas-saħħa sesswali f’Għawdex hija waħda fundamentali, u li mhijiex kwistjoni li tindirizza biss membri tal-komunità LGBTI+, imma hija waħda ġenerika u bażika għal kulħadd.

Fil-waqt li din l-istqarrija tirrikonoxxi s-sitwazzjoni li għaddejja bħalissa fejn tidħol il-qasam tas-saħħa ħabba COVID-19, però tisħaq kif xorta għandu jkun hemm rikonoxximanet li s-sistema tas-saħħa huwa wieħed olistiku u li b’hekk, kull aspett tas-saħħa għandu jingħata l-importanza tiegħu.
Id-dikjarazzjoni tkompli tfaħħar l-investimenti li saru riċentament fil-GU clinic ta’ Malta, u li anka saru inizjattivi biex isiru żjarat mill-istess klinika f’Malta għal Għawdex. Però għad m’hemmx ħjiel konkret ta’ kif u meta ser isiru dawn iż-żjarat.
Finalment, din id-dikjarazzjoni tispiċċa billi ssaħħaħ il-punt li għandha ssir azzjoni minnufih biex in-nies f’Għawdex ikollhom aċċess għal xi ħaġa bażika bħal mhi s-saħħa sesswali.
Ritratt: Sexual Health Malta
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com