Chris Fearne Magħżul Biex Ikun Parti Mill-One Health Global Leaders Group

 Chris Fearne Magħżul Biex Ikun Parti Mill-One Health Global Leaders Group

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, intgħażel biex jifforma parti minn grupp internazzjonali ta’ esperti li jagħtu pariri u linji gwida lill-istituzzjonijiet ewlenin tas-saħħa madwar id-dinja fosthom il-World Health Organisation, il-World Organisation for Animal Health, u l-Food and Agriculture Organisation of the United Nations.

Dan hekk kif inħatar membru fil-One Health Global Leaders Group, grupp speċjalizzat li se jkun qed jiffoka fuq Antimicrobial Resistance u kif il-pajjiżi madwar id-dinja qegħdin jieħdu ħsieb lill-popolazzjonijiet kontra dawn il-mikrobi li jistgħu jwasslu għall-imxija ta’ mard reżistenti għall-mediċini eżistenti.

Dan il-grupp internazzjonali hu magħmul minn numru żgħir ta’ prim ministri, ministri, u professjonisti fil-qasam tas-saħħa. Fil-fatt, Chris Fearne huwa wieħed minn 26 persuna appuntata minn madwar id-dinja.

Dwar dan ir-rwol ġdid, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne stqarr li jinsab onorat li Malta ser ikollha vuċi f’dan il-grupp prestiġjuż, li ser ikun qed iħares is-saħħa tal-popolazzjonijiet madwar id-dinja u jinfluwenza l-politika globali tas-saħħa.

Huwa rringrazzja lill-komunità internazzjonali xjentifika tal-fiduċja li qegħdin juru fih.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com