Tiftakruha f’Mary Poppins? Illum għandha 88 sena!

 Tiftakruha f’Mary Poppins? Illum għandha 88 sena!

Julie Andrews din is-sena qed tiċċelebra s-60 sena mill-ewwel darba li dehret fix-xena tal-films permezz tal-film magħruf mad-dinja kollha: Mary Poppins. Illum, hi għandha 88 sena u għadha għaddejja qisha mhux hi.

Hi temmen li għadha daqshekk attiva għax kibret fid-dixxiplina tat-teatru u għax iżżomm lilha nnifisha attiva, għalkemm tammetti li m’għandhiex tiżfen bħal qabel!

Riċentament, flimkien ma’ bintha Emma Walton Hamilton, ħarġu l-35 ktieb tagħhom għat-tfal bl-isem ta’ Waiting in the Wings. Dan il-ktieb iħares lejn każ reali li jmur lura għall-1991, meta teatru f’Sag Harbor fi New York sar dar għal papri li biedu fi planter.

Minkejja t-tħassib li qam dwar dak li ġara, il-papri u l-bajd tagħhom baqgħu protetti u sikuri. Il-ktieb jirrakkonta din l-istorja u l-avventura ta’ dawn il-papri fit-teatru b’mod ħelu, apposta għat-tfal bil-għan li joħloq mumenti sbieħ u maġiċi kemm għall-ġenituri kif ukoll għat-tfal.

X’films u rwoli hija magħrufa għalihom Julie Andrews?

  1. Mary Poppins
  2. The Sound of Music
  3. That’s Life
  4. The Princess Diaries
  5. Little Miss Marker
  6. Despicable Me
  7. Enchanted
  8. Shrek 2
  9. Victor/Victoria
  10. The Americanization of Emily

Inti kollha rajthom dawn il-films?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com