Cyrus Engerer Elett MEP Flok Miriam Dalli

 Cyrus Engerer Elett MEP Flok Miriam Dalli

Cyrus Engerer ġie elett bħala Membru Parlamentari Ewropew f’isem il-Partit Laburista.

Dan waqt elezzjoni każwali li saret il-Ħamis filgħodu, fis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar sabiex jimtela s-siġġu ta’ Miriam Dalli.

Huwar kiseb 17,798 vot u kien segwit minn Josef Caurana bi15,683 vot. Għal dinl-elezzjoni każwali kkontestaw 7 kandidati.

Cyrus Engerer huwa gradwat fil-Liġi Ewropea, Politika u Ekonomija mill-Università ta’ Malta u b’Masters fil-Politika Ewropea mill-Kulleġġ tal-Ewropa fil-Belgju.

Bejn l-2014 u l-2019, Cyrus Engerer serva bħala l-mibgħut tal-Prim Ministru f’istituzzjonijiet Ewropej, fejn waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mexxa n-negozjati f’isem il-Kunsill mal-Parlament Ewropew. Sa minn Jannar tal-2020 huwa serva bħala konsulent strateġiku ewlieni fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar. Huwa wkoll attivist għad-drittijiet ċivili u kien fuq quddiem f’diversi kampanji f’Malta li xprunaw l-introduzzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ċivili.

Mal-eżitu tal-elezzjoni każwali, Cyrus Engerer irrimarka kemm hu kruċjali li l-Membri Parlamentari Ewropej jiġdbu ħabel wieħed. Qal ukoll li jixtieq ikompli jaħdem fuq dak li bdiet Miriam Dalli fis-settur tal-ambjent u dak tad-drittijiet ċivili.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista awgura lil Cyrus għal din il-kariga ġdida u għal aktar ħidma sfieqa.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com