Dan Li Qed Taraw Mhux F’Lukanda Imma ‘Public Convenience’.
“Din hija l-‘public convenience’ ta’ taħt putirjal li saret mill-ġdid mill-ħaddiema tal-Gvern.” Hekk kiteb il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ma’ ritratt li tella’ ta’ latrina pubblika li malli taraħa, tistħajilha li hi ta’ xi lukanda.
Is-Soltu, il-latrini pubbliċi jkollhom dehra bajda u sempliċi u mhux l-istess din.
“Ħafna drabi niffokaw fuq proġetti kbar pero’ ninsew nagħmlu d-differenza f’affarijiet iżgħar li huma frekwentati ferm mill-pubbliku”, tenna l-Ministru.
Ħeġġeġ lill-kunsilli kollha biex joħorġu b’ideat innovattivi ta’ kif żoni fil-gżira Għawdxija jistgħu jingħataw dehra ġdida mingħajr ħafna spejjeż.