In-Natura Qed Tiekol Il-Plastik Li Taħsbu Ikel… X’Ħasra! Kemm Aħna Egoisti!

 In-Natura Qed Tiekol Il-Plastik Li Taħsbu Ikel… X’Ħasra! Kemm Aħna Egoisti!
Il-Kunsilliera Rebecca Bartolo Cutajar tellgħet post fuq facebook b’filmati u ritratti ta’ ħmieġ tal-bnedmin li jintefa’ jew jinżel fil-baħar.
Qalet li dan huma l-fdalijiet li nġabru mill-bajja tal-Mistra qabel ma reġa’ nġarr lura mal-kurrent fil-baħar. “L-għasafar u l-kreaturi tal-baħar qed jieklu l-ħmieġ tagħna li jaħsbuh ikel. Qed imutu jippruvaw jieklu l-plastik… Meta se jitgħallem il-bniedem li l-ħmieġ iħalli dannu kbir fuq l-ambjent?”, tenniet il-kunsilliera.
Irringrazzjat lil Stefan, Albert u raġel akbar fl-età li kien miexi bil-kelb tiegħu u medd idu minn qalbu biex jgħin. X’ras għandu l-bniedem hux?! Kemm hu egoist!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com