“Daqshekk ‘Straight Roles’… Jiddispjaċini Jekk Se Niddiżappuntakom!” – Wentworth Miller Ta’ Prison Break

 “Daqshekk ‘Straight Roles’… Jiddispjaċini Jekk Se Niddiżappuntakom!” – Wentworth Miller Ta’ Prison Break

“Daqshekk fi Prison Break. Uffiċjali!” Hekk kiteb l-attur Wentworth Miller hekk kif iddeċieda li ma jkomplix jinterpreta iżjed irwoli ta’ rġiel straight f’serjè televiżivi.

Dan ifisser li Michael Scofield daqshekk rajnieh. L-attur popolari u li għandu bosta ammiraturi, kiteb fuq instagram li jiddispjaċieh li forsi se jiddiżappunta lil ħafna.

Miller kien ħareġ pubblikament li huwa omosesswali f’Awissu tal-2013 meta kien ippubblika ittra/invit li rċieva minn Saint Petersburg International Film Festival u m’aċċettahx minħabba l-mod ta’ kif il-Gvern Russu jittratta lill-persuni LGBTIQ.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com