Din Is-Siġra Tal-Milied Inħadmet Kollha Bil-Ganċ

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq tella’ ritratti ta’ siġra tal-Milied mhux tas-soltu; għaliex maħduma bil-ganċ. Inħadmet minn Rose Vella li ħarġet bl-idea hi wkoll fejn flimkien ma’ dawk li tawha l-għajnuna, din saret possibbli.
Il-ħsieb hu li wara, is-siġra tinbidel f’kutri biex jitgawdew mill-anzjani li jinsabu fir-residenzi tal-anzjani madwar pajjiżna.
Tassew oriġinali.