Bil-Filmat: Karozza Tispiċċa L-Baħar Minħabba l-Maltemp

 Bil-Filmat: Karozza Tispiċċa L-Baħar Minħabba l-Maltemp

Il-maltemp li laqat il-gżejjer Maltin jidher li kien b’saħħtu mhux ħażin fejn il-mewġ kien kapaċi jġorr ukoll xi karozzi.

Dan il-filmat li ttella’ minn Carmen Bezzina juri karozza tinġarr bil-mod il-mod minn fejn kienet ipparkjata sakemm spiċċat fil-baħar.

Il-każ ġara fiċ-Ċirkewwa. Fil-kummenti nkiteb li kien hemm żewġ karozzi b’kollox li ġralhom hekk.

Jiskantawna wkoll kummenti banali li jinkitbu minn xi wħud li flok jagħtu kuraġġ lil min jarahom, jimlewh b’rabja. Ma naħsbux li hawn xi ħadd iħalli l-karozza apposta f’post biex tinġarrlu mal-mewġ le?!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com