Eluf Ta’ Oġġetti Kkonfisfkati: Sena Impenjattiva Għal Tad-Dwana
Għalkemm din is-sena kienet bil-wisq anqas impenjattivi fir-rigward ta’ titjir fil-Malta International Airport, xorta waħda ġew interċettati diversi oġġetti u sustanzi li daħlu f’pajjiżna b’mod illegali.
Il-Unit tal-Propjetà Intelletwali tad-Dwana qabdet total ta’ 31 kontenitur li fihom kienu jinkludu 666,159 oġġetti, b’total ta’ 49,558 ilbies, 395,909 pari taż-żraben, 16,500 aċċessorji. 3,595 apparat elettroniku u 142,200 aċċessorji tal-mowbajl fost affarijiet oħra. Il-frodi li ġew stmati b’total bejn wieħed u ieħor ta’ €52,800 miljum. b’valur maħsub għas-suq lokali ta’ €450,000.
Fl-istess ħin, l-Unità tal-Infurzar kienet ukoll impenjata fis-sekwstru ta’ 934,377 sigaretti, 35,54 tabakk u circa 2500 flixkun ta’ alkoħol differenti – kollha imqabbda diħlin b’kuntrabandu. Total tal-valur ta’ dawn jammonta bejn wieħed u ieħor għal €500,000.. Diversi sustanzi illegali wkoll ġew ikkonfiskati fosthom kokaina, eroina, kannabis u pinnoli tal-ecstasy.
Il-Missjoni ta’ Konfiskar kienet ukoll ta’ suċċess mid-Dipartiment Kontra L-Ħasil Tal-Flus, li interċettat total ta’ €568,172 f’35 każ differenti.
L-Unità ta’ klieb ittrejnjati apposta wkoll interċettaw ammonti oħra ta’ diversi oġġetti u sustanzi diġà msemmija hawn fuq.
Ritratt: Newsbook