Ejja Ningħaqdu Kontra L-Bullying
Il-bullying hi realtà kerha li sfortunatament tiġri kuljum u kullimkien u diffiċli issib l-għeruq tagħha sabiex tipprova twaqqafha. Kapaċi tbiddel il-ħajja ta’ bniedem kompletament jekk ma ssibx nies b’sinsla li jaħdmu FLIMKIEN kontra l-bullying!
Bi ftit nistgħu nagħmlu ħafna, ejja ningħaqdu flimkien kontra l-bullying fl-isports, fl-iskola, fil-familja, fuq il-post tax-xogħol.
Dorianne ingħaqdet ma’ Bbrave favur dak li hu ġust u kontra l-bullying. U int?
#unitedagainstbullying 16-20 November 2020