Min Qallek Li Dan Il-Milied M’Għandekx Fejn Tmur?

 Min Qallek Li Dan Il-Milied M’Għandekx Fejn Tmur?

Is-Sena 2020 hi li hi, bidlet l-istil ta’ kif konna mdorrijin. Imma Danusan ma ħallewx il-maġija tal-Milied jintilef u qed jippreżentaw lill-pubbliku: l-ewwel DRIVE THRU tal-Milied. Avveniment sigur fi żmien il-pandemija li għaddejjin minnha dan għalhiex l-udjenza se żżurr din l-esperjenza fil-karozza. Din l-attivita li se tgħinna nħossu l-ispirtu ta’ dan iż-żmien mistenni minn kulħadd, anke din is-sena.

Dan se jsir fil-Crafts Village, Ta’ Qali f’żona li se tintrama apposta li se tkun qed tieħu lil min iżurha f’esperjenza ta’ Villaġġ tal-Milied. Mużika, divertiment, maġija, ikel u ħafna iżjed.

Isimgħu din, il-prezz huwa ta €15 li se toħodhom kollha lura f’vawċers. €5 se toħodhom f’vawċer tal-ikel mill-post stress dakinhar li tmur u €10 se ikunu f’vawċers li inti tista’ ssarraf minn stalls tal-artiġġjanat meta tonfoq €25 jew aktar. Interessanti tkun taf, li inti m’għandekx għalfejn tuża l-vawċers tal-artiġġjanat dakinhar li tmur għall-esperjenza tal-Milied imma tista’ tmur l-għada filgħodu bil-kwiet sas-6 ta’Jannar.

Id-divertiment ma jonqosx; ser ikun hemm pulizija magician, kor żgħir tat-tfal , l-elf tal-uffiċċju postali, sajjieda, prespju ħaj, il-maħżen tal-faħam għall-imqarbin, Santa Klaws, pompa tal-petrol maġika u ħafna, ħafna aktar b’kollox se jkun hemm il fuq minn 50 attrazzjoni differenti mqassma fuq mhedda ta’kilometru . Kif tista’ ma tmurx! Ma għandniex xi ngħidu li l-post se jkun armat fl-aqwa tiegħu mid-dilettanti tal-Karnival li se jibdlu l-post f’ambjent meraviljuż.

Tinkwetawx fuq konġestjoni ta’ traffiku. Mhu se jkun hemm xejn minn dan. Il-biljetti jridu jinxtraw qabel,mhux se jkun hemm iċ-ċans li jinxtraw biljetti mal-bieb għax hemm ammont limitat ta’ kemm jidħlu karozzi fil-post. Fil-fatt ser ikunu qed igawdu dan kollu, 60 karozza kull tletin minuta. Għal kollox jaħsbu Danusan! Professjonali bħal dejjem.

U kollox hu ‘safe’! Inti mhux se tiċċaqlaq mill-karozza; la biex tiekol u saħansitra anqas biex tieħu r-ritratt tat-tifkira f’rokna apposta ppreparata fil-villaġġ. Toħroġ biss jekk għandek bżonn tmur sat-toilet… u bil-marixalli attenti li ma jkunx hemm ħafna nies għaliex is-saħħa hija prijorità. E bilħaqq, kont se ninsa li inti tista’ tagħżel minn 3 għażliet ta’ biljetti:-

Option 1 – Drive-Thru Experience;

Option 2 – Drive-Thru u mbad wara tmur tara spettaklu ta’ 25 minuta minn diversi artisti lokali li se jkun jismhu CAR-aoke spettaklu mill-karozza stess fejn permezz tal-apparat tal-vettura tiegħek tieħu sehem… jiġifieri bit-tpaqpiq tal-ħornijiet, bil-wipers eċċ…

Option 3 – li barra d-Drive-Thru u CAR-aoke tinkludi wkoll ritratt ipprintjat tal-okkażjoni. (Infakkrukhom li l-ewwel €15 biss tieħu vawċers.

Iġri jibda ħa nżuruh! Għall aktar informazzjoni http://www.christmasinmalta.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com