Eluf Jibbenifikaw Mill-Offerti Ta’ Black Friday

 Eluf Jibbenifikaw Mill-Offerti Ta’ Black Friday

Eluf ta’ persuni llum qed jibbenifikaw mill-offerti ta’ Black Friday f’diversi stabbilimenti madwar Malta u Għawdex.

Din il-ġurnata fl-aħħar snin kisbet popolarita’ kbira fost il-Maltin u anke n-negozji saru joffru prezzijiet tajbin għall-konsumatur.

Madanakollu din is-sena hija differenti ferm minħabba l-pandemija tal-Covid-19 u allura n-negozji ħasbu biex jestendu l-offerti tagħhom għal aktar minn ġurnata waħda u anke kien hemm negozji li bdew ibiegħu onlajn u anke joffru deliveries.

Apparti dan jidher li dalgħodu n-nies xorta rrikorrew tajjeb għall-offerti ta’ Black Friday u minkejja s-sitwazzjoni diffiċli kien hemm ċaqlieqa tajba għan-negozju u dan dejjem skont il-miżuri kontra l-Covid-19.

Ritratti: Malta Chamber of SMEs (facebook)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com