Erba’ Ministri Ġodda Jieħdu L-Ġurament Tal-Ħatra

Fil-Palazz ta’ Sant’Anton, Miriam Dalli, Justyne Caruana, Clayton Bartolo u Clyde Caruana ħadu l-ġurament tal-ħatra ta’ ministru mill-President ta’ Malta George Vella.
Dan wara li jumejn ilu, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar tibdil fil-kabinett tiegħu.
Clayton Bartolo inħatar Ministru għat-Turiżm u għall-Konsumatur Justyne Caruana Ministru għall-Edukazzjoni, Miriam Dalli nħatret Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli waqt li Clyde Caruana nħatar Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol.