Filwaqt Li L-MCP Huwa B’ Xejn, Jekk Titlef Il-Parking Ticket F’The Point Trid Tħallas €25…

 Filwaqt Li L-MCP Huwa B’ Xejn, Jekk Titlef Il-Parking Ticket F’The Point Trid Tħallas €25…

Filwaqt li biex tipparkja l-MCP biex tidħol il-Belt Valletta għax-xiri tal-Milied bħalissa huwa b’xejn, mhux l-istess f’The Point Tas-Sliema għax jekk sempliċiment titlef it-ticket trid tħallas €25.

Irċevejna dan l-ilment fuq StradaRjali.com fejn tennew magħna li din hija penali inġusta u bla kuxjenza, iktar u iktar f’dawn iż-żmienijiet li għaddejjin minnhom tal-pandemija.

Il-Familja marret tixtri minn The Point f’Tignè u malli rritornaw lejn il-karozza, indunaw li bi żvista tilfu l-biljett. Ħaġa veru komuni li tista’ tiġri lil kulħadd.

“Morna mal-Cashier li kienet barranija u qaltli li rrid inħallas €25 għax tliftu mentri dan ma dħalnhiex fil-car park bla biljett żġur. Qas kuraġġ ma jtuk li terġa’ tmur l’hemm!”, tenniet magħna din il-familja.

Dan meta li kieku tħalli l-karozza pparkjata ġurnata sħiħa tiġi tiswik biss €10.

Infurmati li t-teknoloġija wżata minn diversi parkeġġi lokali, jagħrfu l-pjanċi tal-karozzi meta daħlu u meta ħarġu u f’każ li jintilef il-biljett, tħallas pro rata tal-ħin li għamilt.

Intom x’taħsbu dwar dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com