F’Sebat Ijiem Ingħataw Mal-1,300 Ċitazzjoni Minħabba L-Maskra

F’Sebat ijiem bejn it-Tnejn 26 ta’ Ottubru u l-Ħadd li għadda ngħataw aktar minn 1,295 ċitazzjoni lil persuni li nstabu mhux jilbsu l-maskra jew mhux milbusa kif sippost. Dan ħareġ minn ċifri li ppubblikat il-LESA li qedc tmexxi l-ispezzjonijiet madwar Malta u Għawdex.
Il-LESA qalet ukoll li fl-istess perjodu saru aktar minn 2,800 spezzjoni marbuta mar-regoli li jitolbi l-ilbies ta’ maskra bil-għan li jkun miġġieled it-tixrid tal-Covid-19.
Dawn l-ispezzjonijiet saru fuq it-trasport pubbliku, fuq il-vapuri tal-Gozo Channel, f’ diversi ħwienet kif ukoll fit-toroq.