F’Wales Jiġu Kkanċellati L-Eżamijiet Tal-O-Level U A-Level Għas-Sena 2021

 F’Wales Jiġu Kkanċellati L-Eżamijiet Tal-O-Level U A-Level Għas-Sena 2021

Is-sena d-dieħla f’Wales mhux se jkunu qed isiru eżamijiet tal-Olevel u l-Alevel. Intant, il-Ministru tal-edukazzjoni qalet li dan qed iseħħ għall-ħarsien tal-istudenti u sabiex ma jinħolqux inġustizzji, minħabba li l-istudenti esperjenzaw tħarbit fis-sena skolastika tagħhom waqt il-pandemija tal-Covid-19 u minħabba li l-istudenti se jkunu qattgħu ammonti varji ta’ ħin fl-iskola.

Hija qalet li l-assessjar se jkun ppreperat u evalwat minn individwi esterni, iżda se jsir fil-klassijiet. Williams qalet ukoll li l-għalliema se jkollhom il-flessibilità li jiddeċiedu liem ikun l-aħjar perjodu biex l-istudenti tagħhom jgħaddu mill-assessjar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com