Emendi Fil-Liġijiet tal-Gender: Niċċaqalqu Lil Hinn Mis-Sistema Patrijarkali
Il-Ħamis ġie mħabbar li waħda mill-42 emendi legali li ser titressaq il-ġimgħa d-dieħa se tkun qed tagħti l-għażla lill-ġenituri li ma jispeċifikawx is-sess tat-tarbija.
Ġie mħabbar ukoll li ser ikun hemm żieda ta’ pronomi u termini ta’ referiment għal nies gender neutral. F’dinja li qed tirikonoxxi iktar u iktat forom differenti ta’ sesswalità, għal xi wħud din hija aħbar pożittiva ħafna, li tfisser li l-istat qiegħed jaddotta viżjoni olistika lejn kull tip ta’ gender u sesswalità.
Emenda oħra li ser tiġi pproponuta ser tkun ukoll qiegħda tagħti l-opportunità li koppja mhux miżżewġa għandha d-dritt tagħżel kunjom li japplika kemm għalihom u kif ukoll għat-tfal. Ukoll, minn issa ‘l quddiem, raġel jista’ jagħżel li jieħu kunjom martu u jelimina tiegħu kompletament.
Segretarja Parlamentari għar-Riformi u d-Dritijiet Ċivili Rosianne Cutajar tgħid kif dawn l-emendi huma passi ‘il quddiem li qed jimxu lil hinn minn soċjeta patrijarkali.
Ritratt: Livelearn.ca