Gender Quota Bill Qed Tħares Lejn 40% Ta’ Nisa Fil-Parlament

 Gender Quota Bill Qed Tħares Lejn 40% Ta’ Nisa Fil-Parlament

Rosianne Cutajar, is-Segretarja Parlamentari Għall-Ugwaljanza ilbieraħ qalet li l-mozzjoni tal-Gender Quoats Bill mhux ser tiġi ppreżentata qabel is-sena d-dieħla.

L-imsemmija Gender Quota Bill ser tkun qed tħaddan mekkaniżmu li fih ser tinstiga u toħloq sistema olistika fejn nisa ikunu jistgħu jidħlu aktar għall-politika. Il-proċess msemmi qed jimmira li n-nisa jkollhom 12-il siġġu ieħor fil-parlament u li jintlaħaq il-perċentwal ta’ 40% ta’ nisa fil-Parlament.

It-tibdil fil-Kabinett li sar dal-aħħar ukoll juri wieħed mill-akbar repreżentazzjonijiet femminili fl-istorja tal-politika f’Malta, b’Ministri mħattrin Miriam Dalli għall-Enerġija u Justyne Cutajar għall-Edukazzjoni. B’membri oħra bħal Rosianne Cutajar li baqgħet is-Segretarja tar-Riformi għal Ġieħ l-Ugwaljanza u b’Julia Farruġiia li ġiet promossa minn Turiżmu għal ministeru kompletament ġdid tal-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com