Tispiċċa Bi Ġrieħi Gravi Waqt Li Kienet Miexja Fuq Il-Bankina Fil-Gżira

 Tispiċċa Bi Ġrieħi Gravi Waqt Li Kienet Miexja Fuq Il-Bankina Fil-Gżira

Mara ta’ 65 sena ġarrbet ġrieħi gravi wara li dalgħodu ntalqet minn karozza waqt li kienet miexja fuq il-bankina fil-Gżira.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħodu fi Triq William Reid, meta seħħet ħabta bejn żewġ karozzi. Mad-daqqa waħda mill-vetturi spiċċat laqtet lill-vittma li dak il-ħin inzertat miexja fuq il-bankina.

Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u ġiet iċċertifikata li għandha ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com