Għada Jekk Se Tidħol Il-Belt Se Tipparkja B’Xejn Fl-MCP Car Park

 Għada Jekk Se Tidħol Il-Belt Se Tipparkja B’Xejn Fl-MCP Car Park

Il-Valletta Cultural Agency u l-MTA ikkollaboraw flimkien biex għada, kull min iżur il-kapitali Valletta bil-karozza privata tiegħu, ser jibbenefika minn parkeġġ b’xejn fl-MCP Car Park.

Dan tħabbar minn Jason Micallef, Chairman Valletta Cultural Agency fuq il-paġna ta’ facebook tiegħu fejn qal li din l-inizjattiva tgħodd għal dawk kemm li jidħlu fuq qadi tagħhom ta’ kuljum u anke għall-‘Black Friday Shopping’.

Inti tista’ tipparkja b’xejn matul il-jum kollu sa anke tard bil-lejl.

Inizjattiva tajba li tgħin lin-negozji u liċ-ċittadini f’dawn il-mumenti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com