Id-Dieta Mhux Faċli… Imma Din Id-Dieta Taħdem Ma’ Kulħadd! X’Qed Tistenna??

 Id-Dieta Mhux Faċli… Imma Din Id-Dieta Taħdem Ma’ Kulħadd! X’Qed Tistenna??

Min jaf kemm -il darba nagħmlu riżoluzzjonijiet ma’ bidu ta’ sena ġdida. Min jaf kemm inwiegħdu lilna nfusna li se nibdew nhar it-Tnejn li ġej u kull nhar ta’ Tnejn inġeddu għat-Tnejn ta’ wara.

Ma’ Marion Mizzi Wellbeing issib il-mod komdu kif inti tkompli ħajtek u tħossok aħjar b’dieta tajba li ma tħallikx bil-ġuħ. Mhux talli hekk, talli tibda tibdel il-ħsieb ta’ kif tiekol għal saħħa aħjar.

Jien pruvajtha u ħadmet. Din hija dieta li taħdem ma’ kulħadd. Ikun hemm bżonn biss li int temmen fik innifsek, u ma’ kull darba li jkollok appuntament fil-kliniċi diversi li Marion Mizzi għandha, tibda tara riżultat mixtieq.

Għaliex tistenna li tkompli żżid fil-piż? Għaliex iżżid id-dipressjoni fuqek innifsek għax ma jiġukx il-ħwejjeġ li xtrajt ftit ilu, li m’intx tidher tajjeb jew wara kollox, li saħħtek qed tmur lura?!

Ibda issa. Tkellem man-nies professjonisti li ssib fil-kliniċi inkluż Marion stess li dejjem lesta tgħinek timxi bil-pass tiegħek. Żgur li ma jiddispjaċikx. Il-prezzijiet huma raġjonevoli mmens apparti li, meta se tħallas se tħallas għalik, biex għada tibda tħossok aħjar. L-offerti ma jonqsux u bħalissa hemm offerti sbieħ li jgħoddu għalik.

Offerti kemm għall-Black friday u anke għall-Milied. Idħol fuq: https://www.facebook.com/MarionMizzi jew ċempel: 2189 6545 għal appuntament. Marion ittik ukoll sessjoni tal-parir biex tara fejn tixtieq tasal, b’xejn! Mhux ser jiddisjaċik! U serrħu moħħkom, m’intomx se tmutu bil-ġuħ f’din id-dieta!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com