“Ħallewha Tmut Bil-Ġuħ Fil-Bitħa Għax Beżgħu Li Jista’ Jkollha L-Covid-19” – Maria D’Amato
B’reazzjoni għall-aħbar li kelb fl-Italja nstab pożittiv għall-Covid-19, l-attivista tad-drittijiet tal-annimali Maria D’Amato saħħqet li aħbarijiet bħal din jistgħu jwasslu għall-abbandun ta’ aktar annimali.
Intant, il-Professur tal-mard infettiv Nicola Decaro, li huwa l-professur ewlieni wara din is-sejba fl-Italja, saħaq li l-annimali domestiċi ma jżidux ir-riskju u għalhekk ħeġġeġ sabiex min għandu l-pets ma jallarmax ruħu.
F’kumment fuq Facebook, D’Amato allegat li f’pajjiżna diġà kien hawn kelba li sofriet ħafna minħabba li min kien irabbiha beża’ li seta’ jkollha l-Covid-19 u b’hekk żammha maqfulha fil-bitħa għal ġranet sħaħ. Maria D’Amato tellgħet ritratt tal-istat li fih instabet din l-istess kelba.
Ritratt: Maria D’Amato