Howard Jgħid Tiegħu Ukoll!
Żgur li f’xi ħin jew ieħor illum tkellimtu jew qrajtu fuq l-ewwel semi-finali tal-bieraħ tal-Malta’s Got Talent. Serata li ħolqot diskussjoni mmedjata hekk kif tħabbru l-ewwel tliet finalisti. Kulħadd qal tiegħu… inkluż membru tal-ġurija!
Ftit tal-ħin ilu, Howard Keith Debono jikteb fuq Facebook fuq il-famuża ġurnata tat-Tnejn; l-għada tax-show popolari li “ħadd ma jarah imma kulħadd jitkellem fuqu”.
Howard ifakkar f’talent li rajna l-vjaġġ tiegħu f’Malta’s Got Talent jieqaf ilbieraħ. Il-kitarrist kapaċissimu Chris Tanti wkoll kien parti mill-famuża kontoversja ta’ min kellu jgħaddi għall-finali u min le. Fl-intro tiegħu Chris semma’ li s-sitwazzjoni tar-realtà kurrenti wasslitu jitlaq minn xogħlu fl-arti. Ikun hawnhekk li Howard iwassal il-messaġġ lil dawk kollha li għal xi raġuni jew oħra lbieraħ ma vvutawx: “tistgħu tibbukjaw is-servizzi ta’ dan il-mużiċista u tgħinu nies jaħdmu fl-arti jżommu l-mezz t’għixien tagħhom!” Fi kliem ieħor inutli ngergru issa jekk ilbieraħ bqajna passivi u ma vvutajniex.
Il-ġurija espert jirrimarka kif fi żmien X-Factor Malta l-istorja kienet waħda simili; min irid iż-żfin, min jgħid li qed nikkupjaw, ħadd qatt ma jaqbel mal-votazzjoni – ġurija jew il-pubbliku, jivvota min jivvota, ħadd qatt ma jkun jaf x’qed jagħmel.
Qisna dejjem irridu dak li m’għandniex…
Taqblu ma’ Howard? Ħallulna l-kummenti tagħkom.
Ritratt: Facebook/Howard Keith Debono