II-Prostituti Kif Ikampaw Waqt Il-Pandemija?
Kulħadd iħoss l-impatt tal-koronavirus iżda wħud jintlaqtu iktar minn oħrajn. Għal dawk li jaħdmu fl-industrija tas-sess, il-pandemija kif ukoll ir-ritorn tal-lockdown f’ħafna partijiet tal-Ewropa tfisser mhux biss li ma taħdimx iżda wkoll perikli serji.
Hekk kif l-ewwel mewġa tal-koronavirus laqtet il-kontinent Ewropew, ħafna pajjiżi imponew projbizzjonij fuq il-prostituzzjoni. Fl-istess ħin, servizzi essenzjali għal dawk li jaħdmu fl-industrija tas-sess bħal distribuzzjoni tal-kondoms u servizzi t’appoġġ speċjalizzat bħal counselling għalqu il-bibien tagħhom u marru online.
Stħarriġ reċenti ta’ Netwerk Globali f’dan il-qasam jitfa’ dawl fuq il-kundizzjonijiet li sabu fuqhom prostituti madwar il-kontinent Ewropew li ma setgħux jaqilgħu l-għixien taghħom, sitwazzjoni li daħħlithom f’ ċirku vizzjuż ta’ faqar, nuqqas ta’ akkomodazzjoni, ġuħ u kontijiet mhux imħallsa.
Ħafna rrappurtaw li kellhom jiksru r-regoli tal-lockdown u ħadmu taħt riskji akbar ta’ vjolenza mill-pulizija, rikatt, detenzjoni u pieni, kif ukoll kienu esposti ħafna għall- koronavirus.
L-iktar vulnerabbli huma s-single mothers, persuni trans kif ukoll immigranti u refuġjati.
Ritratt: https://www.dw.com/