Alan Galea Huwa Ż-Żagħżugħ Li Tilef Ħajtu Fl-Imġarr

 Alan Galea Huwa Ż-Żagħżugħ Li Tilef Ħajtu Fl-Imġarr

Alan Galea huwa ż-żagħżugħ li lbieraħ filgħaxija tilef ħajtu fi traġedja bil-karozza fl-Imġarr.

Il-mewt ta’ Alan wasslet għar-reazzjoni ta’ bosta fuq il-profil tiegħu, b’bosta minn sħabu jiktbu li ma jistgħux jemmnu bil-mewt tiegħu fi fjur żogħżitu.

Alan tilef ħajtu traġikament meta għal xi raġuni kien involut f’ħabta bil-karozza tiegħu tal-għamla Toyota ma’ karozza tal-għamla Mitsubishi, misjuqa minn raġel ta’ 35 sena u li joqgħod l-Imġarr. Miegħu kien hemm passiġġier ta’ 18-il sena li ġarrab ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Strieħ fis-sliem, Alan!

Ritratt: Social Channel

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com