“Il-Miżuri Fl-Iskejjel Qed Jaħdmu” – Prof Charmaine Gauci

 “Il-Miżuri Fl-Iskejjel Qed Jaħdmu” – Prof Charmaine Gauci

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof Charmaine Gauci qalet li fl-iskejjel mhumiex qed jaraw trasmissjoni bejn it-tfal u dan ifisser li l-miżuri qed jaħdmu. Id-distanza soċjali, is-sistema ta’ bubbles, u l-ilbies tal-maskri jidher li qed ikun effettiv ħafna, tenniet Gauci.

Hija qalet li, bħal kull post tax-xogħol ieħor, hemm diversi għalliema li huma pożittivi għall-Covid-19, u filwaqt li anki xi studenti huma pożittivi, jidher li dawn it-tfal ma ħadux il-virus mill-iskola.

Minkejja dan, Gauci saħqet li r-rata għolja ta’ infezzjoni fil-komunità mistennija tirriżulta f’aktar imwiet. B’hekk appellat biex, kemm jista’ jkun, il-ħaddiema jaħdmu mid-dar, hekk kif it-tieni l-akbar cluster tal-Covid-19 wara l-familja huwa l-post tax-xogħol.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com