Il-Kartuna S-Safra Se Tibqa’ Valida Għal Sitt Xhur Oħra

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li dawk li il-pazjenti li għandhom il-karta s-safra se tkun estiża b’sitt xhur oħra.
Fi stqarrija, il-Ministeru qal li dan qiegħed isir biex pazjenti li għandhom bżonn iġeddu l-kartuna s-safra ma jkollhomx bżonn jirrikorru għand it-tabib jew konsulent tagħhom għaliex ser tiġġedded għal sitt xhur oħra awtomatikament.
Dan biex jonqos kemm jista’ jkun l-iskariġġ għall-persuni vulnerabbli waqt dan il-perijodu tal-pandemija.
Applikazzjonijiet ġodda jew tibdil tat-trattament jistgħu jintbagħtu permezz ta’ email fuq: [email protected]