Il-Patri Li Jinżel Għal-Livell Tat-Tfal… Jimla’ Jdejh Bil-Foam Taparsi Borra
Il-Patri Dumnikan Aaron Zahra dalgħodu tefa’ ritratti ħelwin mat-tfal tal-Kindergarten tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir fil-Kunvent tad-Dumnikani fil-Birgu.
Kellimnieh u qalilna: “Bħala Rettur tal-Kulleġġ inżur il-klassijiet biex niltaqa’ mal-istudenti u nzertajthom qed jagħmlu din l-attività bil-foam tal-leħja biex jidħlu fi storja ta’ snow storm.” Xi ħlew!
Fil-fatt, it-tfal kellhom oġġetti fit-tuff tray fejn riedu jsibuhom u jgħidu x’inhuma. Ovvjament, dan hu l-għors għat-tfal.
Temm jgħidilna li huwa l-għaxqa tiegħu jżur lit-tfal ċkejknin jarahom ferħanin: “Minkejja li jiena r-Rettur tal-kulleġġ hija l-għaxqa tiegħi ninżel għal dak il-livell fil-klassi!”
Prosit tassew lil Patri Zahra u lill-kollegi tiegħek, tad-dedikazzjoni li għandkom.