Il-PM Jgħid Li Xahar Ieħor Nibdew It-Triq Lura Lejn Normalitá Sħiħa”

 Il-PM Jgħid Li Xahar Ieħor Nibdew It-Triq Lura Lejn Normalitá Sħiħa”

“Fadal l-aħħar sforz. Fadal xahar. Se nibdew b’vantaġġ kbir, vantaġġ ta’ pajjiż b’saħħtu u li baqa’ fuq saqajh.”

Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela f’attività politika fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun u li kienet konformi mal-protokolli kollha mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Hekk kif il-prospetti dwar il-vaċċin s’issa jidhru pożittivi, il-Prim Ministru Robert Abela qal li minn xahar ieħor dan il-pajjiż jibda t-triq lura lejn in-normalitá grazzi wkoll għall-għajnuna tal-pubbliku fl-aħħar xhur.

“Dan bħal tellieqa tal-karozzi, se nitilqu in pole position u se jtina vantaġġ kbir. Kif stajna nitilqu minn pole position? Għax ħa nkunu minn tal-ewwel li jkollna l-vaċċin. Rajna li jkollna biżżejjed dożi għal kulħadd.”

Hawnekk il-Prim Ministru rrimarka diskors mill-Partit Nazzjonalista hekk kif permezz tad-deputat Maria Deguara, qal li l-vaċċin mhuwiex is-soluzzjoni.

“Kieku hi kienet Ministru tas-Saħħa f’dan il-mument kienet tħallina mingħajr vaċċin. Dawn huma dawk li jippretendu li jmexxu dan il-pajjiż…Illum ngħid li dawn m’għandhomx soluzzjoni u ma jafux ir-realtá hemm barra.”

Għall-kuntratju ta’ dak li qal il-Partit Nazzjonalista, dwar in-nuqqas ta’ dożi li se jkollna, il-Prim Ministru qal li anke l-ewwel konsenja ta’ dożi se tkun ħafna akbar mill-ammont li semma l-Partit Nazzjonalista. Dan filwaqt li minn produttur wieħed biss pajjiżna se jkollu biżżejjed dożi għall-popolazzjoni kollha f’pajjiżna u aktar.

“Ma’ l-ewwel konsenja, ma’ l-ewwel konsenja biss se jkollna aktar dożi milli semmiet hi, se jkollna d-dożi għall-popolazzjoni kollha u iżjed biex nistgħu anke nagħtu donazzjonijiet lil pajjiżi oħra, minn produttur wieħed biss se jkollna biżżejjed dożi għall-popolazzjoni kollha, ħsibna wkoll f’faċilitajiet biex inżommu l-vaċċin fit-temperatura l-korretta u l-għada li jasal il-vaċċin f’Malta, se nibdew inlaqqmu n-nies.”

Dwar is-sidien ta’ barijiet li kellhom jgħalqu minħabba l-pandemija, il-Prim Ministru ħabbar ukoll li ta struzzjonijiet sabiex dawn issa wkoll jibdew jieħdu l-Covid Wage Supplement u li jmur lura għax-xahar ta’ Novembru.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com