Trump Ħa Jħabbar Li Ħiereġ Għall-Presidenza Tal-2024…

 Trump Ħa Jħabbar Li Ħiereġ Għall-Presidenza Tal-2024…

Jidher li Trump xorta waħda għadu mhux iniżżilha li mhux se jkun hu l-President tal-Amerka iżda Biden. Sorsi f’aħbarijiet internazzjonali rrapurtaw li Trump qed jippjana li dakinhar tal-inawgurazzjoni ta’ Joe Biden, se jagħmel rally fejn se jħabbar il-kandidatura tiegħu għall-elezzjoni Presidenzjali tal-2024.

Jekk ġaladarba jiġri dan, ikun ifisser li t-tradizzjoni paċifika ta’ kif President jgħaddi l-ħidma bis-sliem lill-President il-ġdid, tinkiser.

Fil-fatt, meta laħaq Trump, Obama kien preżenti waqt l-inagwurazzjoni tant li anke qallu ċajta waqt li kienu telgħin it-taraġ tal-Capitol.

Ritratt: Reuters

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com