Il-President tal-KE tikkonferma li Malta se jkollha aċċess għal mill-inqas 330,000 tilqima tal-Covid-19

F’intervista fuq TVM il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen għamlitha ċara li Malta se jkollha aċċess għal mill-inqas 330,000 tilqima kontra l-COVID.
Hi qalet li minn għada, Malta se tkun tista’ tibda tuża mal-€120 miljun ewro f’self b’rati vantaġġjużi mill-programm imsejjaħ SURE tal-Unjoni Ewropea. Dan il-programm twaqqaf din is-sena biex jgħin lill-Gvernijiet jissussidjaw is-salarji tal-ħaddiema li l-aktar ġew milquta mill-pandemija.
F’intervista esklussiva li tat lil Keith Demicoli, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen qalet li Malta tista’ tirċievi sa massimu ta’ €244 miljun minn dan il-programm li minnu qed igawdu 16-il pajjiż ieħor.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ħabbret li għada l-Unjoni Ewropea se tiffirma l-ħames kuntratt ma’ kumpanija tal-farmaċewtika Ewropea li qed taħdem fuq tilqima potenzjali tal-COVID-19.
https://www.facebook.com/KummissjoniEwropea/videos/286359712686616